Dingli jiksbu punt fl-loghba id-dominata mill-ewwel minuta

Nhar is Sibt 2 ta` Novembru, id-Dinglin gew draw kontra Lija/Iklin fl-loghba li id-Dinglin id-dominaw ghal hafna hinijiet twal.

Mat-tisfira inizjali id-Dinglin mill-ewwel urew li riedu 3 punti minn dan il-konfront meta hargu mill-ewwel fuq l-offensiva. Appena ghandew 5 minuti loghob corner ta Christian Galea jigi ghiand Julian li bir-ras xehet fuq il-minduda. Ftit tal-minuti wara Ezzedden Saih gie wicc imb wicc mal-goalkeeper imma xehet il-ballun barra. Id-Dinglin komplew jipressaw fejn Paul Azzopardi ippruva jittanta xortih b`xutt minn barra il-kaxxa pero il-goalkeeper salva minnghajr diffikulta. Lija/iklin pruvaw iwwettqu reazzjoni meta l-attakant gie wick imb’ wick ma il-goalkeeper William Galea pero dan tefa il-ballun gholi. Ezzedden Saih gietu okkazzjoni tad-deheb biex jiftah l-iskor pero ra x-xutt tieghu jahbad mal-minduda. Id-Dinglin komplew jipressaw pero sat mien l-ewwel taqsima l-iskor baqa l-istess.

Fit-tieni taqsima id-dinglin komplew ikunu perikoluzi fejn bil-pressing kontinwu ma hallewx lil Lija/Iklin jilaghbu il-ballun fejn Warren Scicluna kien strumentali fid-difiza fejn ma halliex balloon ghaddej. Mal-kwwarta loghob Paul Azzopardi minn freekick indirett ra ix-xutt tieghu jhakkek mal-wiefqa. Dan ma qattax qalb id-dinglin fejn f`zewg okkazzjonijiet kellu jkun il-goalkeeper avversarju fejn l-ewwel salva xutt ta Ezzeden Saih umbaghad mir-re bound rega salva fuq Paul Azzopardi. Chistian Galea u Julian Camilleri ukoll ra ix-xuttijiet taghhom jigu salvati mill-goalkeeper avversarju. Dan beda jaghti moral lil Lija/Iklin fejn fl-ahhar minuti tal-partita bdew jaqbdu lid-dinglin bil-kontra attakki fejn kellu jkun zewg interventi tal-Goalkeeper William Galea li cahadhom milli jmorru fil-vantagg meta salva minn fuq il-linja fatali. Lejn tmiem il-partita id-Dinglin gew imcahdin minn penalti car meta id-difensur waqqa lil Ezzedden Saih bir-referee jhalli l-loghob ghaddej fost hafna protesti tal-plajers biex mat-tisfiera finali z-zewg timijiet qasmu punt kull wiehed.

Issa id-dinglin ghandhom iharsu il-quddiem ghal loghba li jmiss meta jiltaqaw kontra ic-champions renjanti Valletta St. Pauli fejn kull darba li ltaqaw, kull loghba li laghbu kontra xulxin l-iskor dejjem baqa indeciz sa l-ahhar minuta.

 

It-Tieni Telfa konsekuttiva ghad-Dinglin

Kontra dak li kien mistenni Dingli Eagles A.F.C. sofrew it-tieni telfa konsekuttiva din id-darba kontra  it-tim ta` Tal-Qroqq Versity F.C. fl-iskor ta` 4 – 2.

Mat-tisfiera inizjali Tal-Qroqq bdew igawdu aktar linizjattiva fejn ma hallewx lid-Dinglin jirbhu il-pusses tal-ballun. Aktar ma beda jghaddi il-hin Tal-Qroqq bdew ikunu perikoluzi u wara ghaxar minuti cross minn naha tax-xellug l-attakant tal-Versity xehet cross pero ma sab lil had biex jikkonkludi. Il-Versity komplew fuq l-offensiva wara kwarta loghob balloon qatta id-difiza Dinglija bil-ballun jspicca ghand l-attakant tal-Versity li wahdu quddiem il-goalkeeper Andrew Muscat u dan tal-ahhar icahhad lil Tal-Qroqq minn goal cert. aktar ma beda jghaddi il-hin id-Dinglin bdew diehllin fil-loghba u bdew ikunu perikoluzi fejn Jonathan Borg ra ix-xutt tieghu jispicca gholi mill-lasti u wara ftit minuti freekick ta` Arvin Micallef ghadda ftit jhakkek mal-wiefqa. Ftit tal-minuti wara Christian Galea irnexxilu jahrab in nasba tal-offside pero ix-xutt tieghu spicca salvat mill-goalkeeper avversarju. Lejn Meta kollox kien qed jindika li t-timijiet ha jidhlu jistriehu bl-iskor indaqs Tal-Qroqq skurjaw fejn l-attakant spicca wick imb’ wick mal-goalkeepeer ma` zbaljax. Ir-reazzjoni kienet immedjata fejn pero ix-xutt ta Jonathan Borg kien wisq centrali.

Fit-tieni taqsima id-dinglin hargu fuq l-offensiva u ftit tal-minuti loghob daqqa ta ras ta` Ezzedden Saih tispicca ftit gholja mill-lasti. L-Eagles komplew ikunu offensivi, pero kontra x-xejra tal-loghob Tal-Qroqq ghamluhom 2-0 fejn approfittaw minn zball difensiv bil-ballun jispicca ghand il-plajer tal-Versity li bil-cross tieghu qatta id-difiza kollha u l-attakant tal-Versity b`daqqa ta` ras tefgha il-ballun gewwa. Hawn hekk id-dinglin ma kellhom xejn x`jitilfu u bdew jilghabu bit-tlett attakanti fejn din tat-rizultat pozittiv meta ftit tal-minuti wara naqsu l-iskor permezz ta`xutt angolat ta` Paul Azzopardi. Ftit tal-minuti wara Ezzedden Saih dahar ma tlett difensuri xehet lejn Paul Azzopardi u dan tal-ahhar xehet il-ballun fix-xibka biex gab il-gowl tad-draw ghad-dinglin u ghaqqad doppjetta personali. Id-Dinglin u Jonathan Borg ra il-freekick tieghu salvat b`diffikulta mill-goalkeeper avversarju. Pero kienuTal-Qroqq li hasdu lid-dinglin meta b`harba dahal fil-kaxxa u xutt angolat gheleb lil Muscat u hames minuti qabel it-tmien ghamluhom erghba.

Ghalkemm ghadna fil-bidu tal-istagun wiehed irrid janalizza din it-telfa u ghal-loghob li jmiss it-tim irrid jinzel u jaghti il-mija fil-mija tieghu mill-ewwel minuta sa tmiem il-loghba u nipruvaw niksbu dak li hu possibli ghax kull punt huwa prezzjuzz.

 

Dingli jitilfu jkonfront incert ghal ahhar

Nhar is-Sibt, 12 ta` Ottubru, Dingli sfaw melughba minn Senglea Gunners, fl-loghba li r-rizultat seghta mar kull naha ghalkemm wiehed irrid jghid lis-Sengleani gawdew hafna mill-inizjattiva.

Mat-tisfira tar-referee, Dingli hargu ifittxu l-gowl u appena ftit tal-minuti loghob kellhom l-ewwel okkazzjoni permezz ta` Paul Fenech li ghadda minn mal-linja, dahal fil-genb tal-kaxxa, biex xutt spicca barra. Id-Dinglin komplew jipressaw meta Christian Galea qassam lil Ezzedden Saih, imma il-konkluzjoni tieghu kienet wisq daghjfa biex tkun ta` periklu ghall-goalkeeper avversajru. Is-Sengleani bdew diehlin fil-loghba u fl-ewwel okkazjoni kellhom cans jifthu l-iskor meta l-ballun qatta id-difiza kollha jigi ghand l-attakkant li ra x-xutt tieghu jghaddi jhakkek mal-wiefqa. Il-Gunners komplew jipressaw u kienu qed ikunu ta` kontinwa ghad-Dinglin pero sabu lil Goalkeeper Andrew Muscat f’vena mill-aqwa, bl-iskor jbqa dak ta 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, d-Dinglin, bhal ma ghamlu l-ewwel taqsima regghu hargu aggressivi biex iffitxu il-gowl tar-rebha konxi mill-fatt li l-plajers avversarji ghandhom esperjenza bizzejjed li jsibu gowl f`kwalunkwe hin. Aktar ma beda jghaddi il-hin aktar il-loghob beda jinqasam. Fis-56minuti il-Gunners gew moghtija penalti li mill-hdax il-metru il-Gunners ghamluhom 1-0. Id-Dinglin ma kellhom xejn x`jitilfu u xehtu kollox fuq l-offensiva, pero dawn bdew ihallu hafna spazji biex is-Sengleani kull darba li jaqbdu l-ballun bdew ikunu ta tehdidha serja ghall-lasti Dinglija li permezz Andrew Muscat bis-saves tieghu halla lid-Dinglin fil-loghba . F’nofs it-tieni taqsimaid-dinglin spiccaw jilghabu b`10 ti plajers, meta tkecca Edson Falzon u ta dan pattew qares ghax fl-ahhar hinjiet tal-loghba l-attakkant tal-gunners qabbad lid-difiza fuq sieq wahda u wahdu quddiem il-Muscat ma zbaljax. Fl-injury time Ezzedden Saih kien ghoddu gab il-gowl tal-bandiera, meta s-sikkat minn zewg difensuri irnexxilu jillobja pero ra l-ballun jahbad mal-minduda bit-tisfira finali tasal ftit tas-sekondi wara.

 

Minn dan il-konfront id-Dinglin ghandhom iharsu l-quddiem u ma jbaxxux rashom meta issa nhar is-Sibt 19 ta` Ottubru gewwa l-grawnd ta` Hal-Qormi jiltaqu kontra Tal-Qroqq Versity fejn it-tlett punti huma ferm bzonnjuzi.